en  fr  de

FREPA in Malta

This country page offers an overview about developments in Malta and documents available in Maltese.

Informations and materials in ENGLISH

Il-kitt għat-taħriġ online

Il-kitt għat-taħriġ online huwa aċċessibbli għall-għalliema (u dawk li jħarrġuhom) li jixtiequ jsiru jafu aktar dwar il-metodoloġiji plurali u l-użu tal-materjal tal-QREMP. Il-materjal jista’ jiġi użat waqt is-sezzjonijiet ta’ taħriġ jew għat-tħejjija tagħhom.

Il-kitt għat-taħriġ jikkonsisti f’erba’ moduli:

0. Il-modulu ta’ skoperta

L-għan ta’ dan il-modulu huwa li jagħti ċ-ċans lill-parteċipanti li jagħmlu attività daqslikieku kienu l-istudenti nfushom. B’hekk jiskopru l-metodoloġiji plurali, il-konnessjoni tagħhom man-nozzjoni ta’ kompetenzi plurilingwi u plurikulturali kif ukoll l-għodod suġġeriti mill-QREMP.

1. Il-QREMP u l-politika tat-tagħlim tal-lingwi

Dan il-modulu jagħti l-opportunità lill-esperti fil-qasam tal-lingwi li jpoġġu l-QREMP fil-kuntest tat-tagħlim tal-lingwi fl-iskola llum, speċjalment f’dak li għandu x’jaqsam mal-għanijiet edukattivi li jridu jintlaħqu.

2. Qed insib diffikultà fil-mod kif ngħallem... Il-QREMP kif jista’ jgħinni?

Dan il-modulu joffri għajnuna lill-għalliema fl-użu konkret tal-QREMP kif ukoll tal-metodoloġiji plurilingwi minħabba ċertu diffikultajiet fit-tagħlim u problemi pedagoġiċi li l-għalliema x’aktarx jiltaqgħu magħhom ta’ kuljum fuq xogħolhom.

3. Nixtieq li jien u l-istudenti tiegħi nieħdu sehem fi proġett... Il-QREMP kif jista’ jgħinni?

Dan il-modulu jgħin lill-għalliema fl-użu tal-qafas u l-metodoloġiji plurali fit-tfassil u fl-implimentazzjoni ta’ proġetti fil-klassi jew fl-iskola li jinvolvu lingwi u kulturi oħra. 

Il-kitt għat-taħriġ online huwa aċċessibbli bl-Ingliż (agħfas fuq il-buttuna Teaching materials aktar ’l fuq f’din il-paġna) jew bil-Franċiż (agħfas fuq il-buttuna Matériaux didactiques).