en  fr  de

FREPA in Malta

This country page offers an overview about developments in Malta and documents available in Maltese.

Informations and materials in ENGLISH

Għaliex kompetenzi u riżorsi?

B’kompetenzi nifhmu:

  • kompetenzi li huma marbuta ma’ sitwazzjonijiet, ma’ xogħlijiet kumplessi li għandhom relevanza soċjali; b’dan il-mod għandhom funzjoni soċjali;
  • unitajiet li għandhom ċertu livell ta’ kumplessità;
  • kompetenzi li jeħtieġu riżorsi interni differenti (ġeneralment taħlita ta’ tagħrif, attitudnijiet u kapaċitajiet) u riżorsi esterni (dizzjunarji, medjaturi, eċċ.)

Id-deskritturi li nsibu ġewwa il-QREMP kompetenzi u riżorsi jikkonċernaw essenzjalment żewġ tipi ta’ kompetenzi:

  1. dik li timmaniġġa komunikazzjoni lingwistika u kulturali f’kuntest li huwa differenti minn tiegħek
  2. dik li tibni u tiżviluppa repertoire ta’ lingwi u kulturi differenti

Il-QREMP tagħraf ir-riżorsi li huma miġbura flimkien grazzi għal dawn il-kompetenzi. Dawn ir-riżorsi jiġu preżentati f’forma ta’ deskritturi.

Riżorsi (tagħrif, attitudnijiet u kapaċitajiet):

Ġeneralment nużaw it-terminu riżorsi biex nirreferu għal riżorsi interni.

Ir-riżorsi interni (kif ukoll ir-riżorsi esterni imma mhux il-kompetenzi) jistgħu jiġu mgħallma b’ taħriġ jew b’sitwazzjonijiet li huma almenu parzjalment dikontestwalizzati.

Il-kompetenzi huma marbuta mas-settur tal-użu/bżonn fis-soċjetà, filwaqt li r-riżorsi aktar huma marbuta mas-settur tal-psikoloġija konoxxittiva (u tal-iżvilupp). Għaldaqstant, il-kompetenzi għandhom rwol important ħafna meta wieħed ikun qiegħed jaħdem fuq biċċa xogħol.

Madanakollu, huma r-riżorsi li wieħed jista’- sa ċertu punt - jiddistingwi u jniżżel f’lista, fejn jiġu spjegati f’termini ta’ tħaddim fil-prattika edukattiva.

Aċċess għal-listi u d-deskritturi tal-QREMP

Id-deskritturi huma aċċessibbli b’modi differenti u f’lingwi differenti:

  • Fuq dan is-sit elettroniku f’arranġament diġitali speċjali li jagħmel l-esplorazzjoni viżwali aktar faċli. Tista’ tarahom bl-Ingliż (agħfas fuq Descriptors aktar ’l fuq f’din il-paġna), bil-Franċiż (Descripteurs) jew bil-Ġermaniż (Deskriptoren)
  • Bħala parti mid-dokument Il-QREMP - kompetenzi u riżorsi. 
    Ara taħt Components (Ingliż) / Éléments (Franċiż) / Instrumente (Ġermaniż) aktar ’l fuq f’din il-paġna.
  • Fuq l-internet fid-dokument Il-QREMP – Tabelli bid-deskritturi għall-kurrikulu, b’rappreżentazzjoni grafika addizzjonali li tpoġġi kull element tat-tabella fil-kurrikulu tal-istudent.
    Ara taħt Components (Ingliż) / Éléments (Franċiż) / Instrumente (Ġermaniż) aktar ’l fuq f’din il-paġna.